Agħżel il-lingwa

Mur lura

Il-Polonja

Sit web uffiċjali (Link)

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti jistgħu jivvutaw personalment fl-elezzjonijiet tal-PE fid- distrett elettorali li fih ikunu rreġistrati bħala residenti temporanji jew permanenti.

Iċ-ċittadini li jixtiequ jivvutaw barra mill-post ta’ residenza permanenti tagħhom jistgħu jew (i) japplikaw għal ċertifikat tad-dritt għall- votazzjoni mingħand l-awtorità muniċipali tagħhom (personalment jew elettronikament) li jippermetti lill-persuna tivvota fi kwalunkwe post tal-votazzjoni, jew (ii) japplikaw biex jiġu rreġistrati f’muniċipalità ġdida mill-anqas 5 ijiem qabel jum l- elezzjoni. L-applikazzjoni trid tinkludi d- dettalji personali u l-indirizz permanenti tal- votant.

Metodi alternattivi

Il-votanti b’diżabilità kkonfermata, il-votanti soġġetti għal kwarantina obbligatorja, u l-votanti li għandhom 60 sena jew aktar jistgħu wkoll jivvutaw bil-posta jew bi prokura.

Bil-posta. Il-votanti jeħtieġ li jinnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jivvutw bil-posta mhux aktar tard minn 13-il jum qabel jum l-elezzjoni (jew 5 ijiem f’każ ta’ kwarantina obbligatorja). Tista’ ssir talba għal karti tal-vot bil- Braille. Din in-notifika tista’ ssir bil- fomm, bil-miktub, bil-fax jew elettronikament u se tinkludi prova tal ġustifikazzjoni għall-votazzjoni bil- posta. Se jitwassal pakkett tal-votazzjoni 7 ijiem qabel l-elezzjoni, li jrid jimtela’ kif xieraq u jintbagħat lill-kummissjoni elettorali kompetenti.

Bi prokura. Il-votanti jeħtieġ li jinnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jivvutaw bi prokura mhux aktar tard minn 9 ijiem qabel jum l-elezzjoni, billi jsegwu proċess simili għal dak imsemmi hawn fuq u jinkludu (i) kunsens bil- miktub għall-persuna li se tingħata l- awtorità li tivvota bi prokura f’isem ħaddieħor, (ii) prova tal-ġustifikazzjoni għall-votazzjoni bi prokura; u (iii) kopja taċ-ċertifikat tad-dritt għall-vot, f’każ li l-persuna li tirċievi l-awtorità li tivvota bi prokura f’isem ħaddieħor tkun irreġistrata f’muniċipalità oħra.

Il-votazzjoni online mhijiex possibbli fil- Polonja.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il-votanti jeħtieġ li jieħdu l-karta tal- identità jew il-passaport tagħhom magħhom fil-post tal-votazzjoni. Dan japplika għal ċittadini Pollakki jew ċittadini mobbli tal-UE.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali

Individwu jrid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin biex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Polonja:

  • ikollu ċittadinanza Pollakka jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE ieħor;
  • ikollu mill-anqas 18-il sena;
  • ikun residenti b’mod permanenti fil-Polonja; u
  • ma jkunx eskluż milli jivvota.

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu residenti fil-Polonja sabiex ikunu jistgħu jivvutaw hemm

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

  • Ċittadini. Iċ-ċittadini Pollakki ma jeħtiġux jirreġistraw peress li l-awtoritajiet muniċipali tal-post ta’ residenza permanenti jew temporanju tagħhom se jirreġistrawhom awtomatikament fuq ir-reġistru elettorali. F’każ ta’ bidla riċenti fl-indirizz, jingħata parir li wieħed jiċċekkja jekk ir-reġsitrazzjoni awtomatika fuq ir-reġistru elettorali tkunx saret b’mod korrett bejn 8 ijiem u 21 jum qabel l-elezzjonijiet. Jekk le, ċittadin jista’ japplika biex jiġi inkluż fuq ir-reġistru elettorali mhux aktar tard minn 5 ijiem qabel jum l- elezzjoni.
  • Iċ-ċittadini Pollakki li jgħixu barra mill-pajjiż jeħtieġ li jirreġistraw mal-konsulat Pollakk tal-pajjiż fejn jgħixu. Jistgħu jagħmlu dan personalment bil-fomm, bil-miktub, bit-telfon, b’telegraf, b’telefax jew billi jużaw il-formola elettronika (https://www.gov.pl/web/dyplomacja).
  • Ċittadini tal-UE mobbli. Iċ-ċittadini mobbli tal-UE li jixtiequ jivvutaw fil-Polonja jeħtieġ li jirreġistraw fuq ir-reġistru elettorali tal-awtorità muniċipali fejn jgħixu. Filwaqt li dan ġeneralment isir b’mod awtomatiku mar- reġistrazzjoni għar-residenza, huwa possibbli li l- awtoritajiet ikunu għadhom ma wettqux ir- reġistrazzjoni sa dakinhar tal-elezzjonijiet tal-PE. Iċ- ċittadini tal-UE mobbli li jgħixu fil-Polonja jistgħu jitolbu li jispezzjonaw ir-reġsitru elettorali bejn 21 jum u 8 ijiem qabel jum l-elezzjoni. Jekk ir-reġistrazzjoni tkun għadha ma tlestietx, iridu jressqu applikazzjoni
  • bil-miktub li għandha tiżdied mar-reġistru elettorali fid- distrett elettorali tal-għażla tal-persuna kkonċernata mhux aktar tard minn 5 ijiem qabel jum l-elezzjoni.

    Esklużjonijiet

    Ċittadini Pollakki jew ċittadini mobbli tal-UE li jkunu ġew imċaħħda mil-kapaċità legali tagħhom jew imneżża’ mid-drittijiet ċiviċi tagħhom ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.