Sit web uffiċjali (Link)
Fejn għandek tivvota u kif?
Metodu ewlieni
Il-biċċa l-kbira tal- votanti jridu jivvutaw fiżikament f’ċentru tal-votazzjoni uffiċjali.
Metodi alternattivi.
Il-kategoriji ta’ votanti li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għal vot bil-posta:
Id-diplomatiċi Irlandiżi stazzjonati barra mill-pajjiż, jew il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba ċivili tagħhom li qed jgħixu barra mill-pajjiż magħhom;
membri full-time tal-Forzi tad- Difiża;
membru tal-Garda Síochána (pulizija);
Individwi li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
odawk li għandhom marda jew diżabilità;
odawk li jistudjaw full-time f’istituzzjoni edukattiva fl- Irlanda, li tkun ’il bogħod mill-indirizz tad-dar fejn huma rreġistrati;
odawk li ma jistgħux jivvutaw fil-post tal-votazzjoni lokali tagħhom minħabba l- okkupazzjoni, is-servizz jew l-impjieg tagħhom;
odawk li ma jistgħux jivvutaw fil-posttal-votazzjoni tagħhom minħabba li jkunu l-ħabs;
odawk irreġistrati bħala votanti anonimi, jew membri tal-familja tagħhom.
Il-persuni li huma eliġibbli biex jivvutaw bil-posta jridu japplikaw biex jagħmlu dan u jiżguraw li l- applikazzjoni tagħhom tasal mill-inqas 22 jum qabel il-jum tal-elezzjoni. Il-persuni li jgħixu fi sptar, f’dar tal-kura jew f’istituzzjoni simili jistgħu jagħżlu li jivvutaw f’dawn il-postijiet. Il-persuni li jixtiequ jiddaħħlu f’din il-lista speċjali ta’ votanti jridu jiżguraw li l- applikazzjoni tagħhom tasal mill-inqas
22 jum qabel il-jum tal-elezzjoni u jinkludu ċertifikat mediku mal- applikazzjoni tagħhom.
Jekk l-individwi jkunu mħassba li d- dettalji tagħhom li jkunu disponibbli għall-ispezzjoni fir-reġistru tal-votanti jpoġġuhom fil-periklu, dawn ikunu jistgħu japplikaw biex ikunu votanti anonimi.
Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni
Il- votazzjoni li ssir fiżikament isseħħ f’postijiet tal-votazzjoni magħżula, li normalment ikunu skejjel jew bini pubbliku ieħor. Se tintbagħat karta tal- vot lil kull votant f’daru qabel il-jum tal- elezzjoni li tindika fejn jista’ jivvota kull votant. Il-votanti se jkunu meħtieġa jagħtu prova tal-identità tagħhom, bl- użu ta’ dokument aċċettabbli bħal passaport jew karta tal-identità nazzjonali, liċenzja tas-sewqan, karta tal-identità tal-post tax-xogħol li jkollha ritratt, karta tal-identità tal-istudenti li jkollha ritratt, karta tas-servizzi pubbliċi, ktieb tal-kont tal-bank jew tal- unjoni tal-kreditu li jkollu l-isem u l- indirizz tal-votant fil-kostitwenza.
Min jista’ jivvota?
Ġenerali.
L-individwi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jivvutw fl-elezzjonijiet tal-PE fl-Irlanda:
ikunu ċittadini Irlandiżi jew ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
ikollhom mill-inqas 18-il sena fil-jum tal-elezzjoni; u
ikunu rreġistrati biex jivvutaw (elenkati fir-reġistru tal- votanti)
Ċittadini mobbli tal-UE
Iċ-ċittadini tal-UE iridu jkunu ordinarjament residenti fl-Irlanda sabiex jivvutaw hemm.
Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni
Ċittadini nazzjonali. Iċ-ċittadini Irlandiżi jistgħu jirreġistraw biex jivvutaw u jibdlu/jaġġornaw ir-reġistru online fuq https://www.checktheregister.ie jew iniżżlu u jimlew formola ta’ reġistrazzjoni u jibgħatuha lill-awtorità lokali tagħhom.
L-Irlanda ma tagħtix liċ-ċittadini tagħha li jgħixu barra mill- pajjiż il-possibilità li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE minn barra l-pajjiż.
Ċittadini mobbli tal-UE. Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE jistgħu wkoll jirreġistraw biex jivvutaw bl-istess mod bħaċ-ċittadini Irlandiżi.
Ir-reġistrazzjoni online biex tivvota teħtieġ numru tas-Servizz Pubbliku Personali (“PPS”) u indirizz residenzjali fl-Irlanda.
Tista’ ssir applikazzjoni għal Numru tal-PPS online fuq din il- ħolqa:
https://www.mywelfare.ie.
Individwi mingħajr indirizz fiss jew numru tal-PPS jistgħu jirreġistraw biex jivvutaw bl-użu ta’ formola ta’ applikazzjoni stampata. Il-formola u l-ID tal-individwu jridu jintwerew f’għassa lokali tal-Garda (pulizija).
Id-diversi formoli ta’ applikazzjoni jistgħu jinstabu online:
https://www.checktheregister.ie/en-IE/forms
Iċ-ċittadini tal-UE li se jirreġistraw biex jivvutaw fl-Irlanda għall- ewwel darba jridu jimlew ukoll dikjarazzjoni fuq il-formola EP1 biex jikkonfermaw li mhumiex se jivvutaw fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom (
https://sdcc.ie/en/download-it/apply-for-it/form- ep1-statutory-declaration-english.pdf).
Esklużjonijiet
L-Irlanda ma timponix restrizzjonijiet fuq il- votazzjoni minn persuna li nstabet ħatja ta’ reat kriminali. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq id-dritt tal-vot għall-persuni b’diżabilità.