Agħżel il-lingwa

Mur lura

Belġju

Websajt uffiċjali (Link)

Fejn u kif tivvota?

Metodu primarju

Il-votanti li jirrisjedu fil-Belġju għandhom jivvutaw huma stess f’post tal-votazzjoni magħżul fil-muniċipalità fejn ikollhom l-indirizz residenzjali uffiċjali tagħhom. Kull muniċipalità għandha mill-inqas post wieħed ta’ votazzjoni. Il-votazzjoni hija obbligatorja għal ċittadini Belġjani. Nuqqas li wieħed jivvota jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ multa ta’ (€10 għall-ewwel darba u sa €25) u li wieħed jiġi mħassar mir-reġistru elettorali għal 10 snin f’każ li ċittadin ma jivvutax tal-inqas erba’ darbiet fi 15 –il sena

Metodi alternattivi

Filwaqt li l-votazzjoni bil-posta hija possibbli għal Belġjani li jgħixu barra, dan ma huwiex possibbli li votanti li huma residenti fil-Belġju.

Il-votazzjoni bi prokura hija possibbli; dawn il-formoli jistgħu jinkisbu mill-awtoritajiet muniċipali.

Ma huwiex possibbli li wieħed jivvota onlajn fil-Belġju.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il-votanti għandhom iġibu żewġ dokumenti fil-post tal-votazzjoni: (i) il-karta tal-identità u (ii) l-ittra tal-amministrazzjoni muniċipali li tagħti istruzzjonijiet sabiex jivvutaw f’dak il-post tal-votazzjoni speċifiku. L-istess rekwiżiti japplikaw kemm għal ċittadini u ċittadini tal-UE mobbli.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali

Individwu għandu jissodisfa ir-rekwiżiti li ġejjin sabiex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Belġju:

  • ikollu nazzjonalità Belġjana jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • ikollu tal-inqas 16 –il sena età; u
  • ma jkunx eskluż milli jivvota.

  • Ċittadini tal-UE mobbli

    Ċittadini tal-UE għandhom ikunu mdaħħla fir-reġistru tal-popolazzjoni, jew fir-reġistru ta’ persuni b’nazzjonalità barranija, fil-muniċipalità ta’ residenza fil-Belġju. Din il-kundizzjoni għandha tkun milħuqa sa l-aktar tard l-1 t’April 2024.

    Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni

    Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni. Ċittadini. Ċittadini Belġjani, m’għandhomx għalfejn jirreġistraw minn qabel, għax dan isir awtomatikament mill-awtoritajiet. Madankollu, min reċentement ibiddel l-indirizz tad-dar tiegħu, huwa rakkomandabbli li jiċċekkja mal-awtoritajiet muniċipali biex jara jekk ir-reġistrazzjoni tiegħu fuq il-listi tal-votazzjoni hijiex korretta. Belġjani li jirrisjedu barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw (i) personalment fil-Belġju, (ii) bi prokura fil-Belġju, (ii) personalment fl-uffiċċju konsulari barra mill-pajjiż, (iv) bi prokura fl-uffiċċju konsulari, (vi) bil-posta, u (vii) permezz ta’ email. Ċittadini Belġjani jagħżlu li jivvutaw għal kandidati fl-Istat Membru fejn jgħixu għandhom ikunu residenti u reġistrati fir-reġistru konsolari tal-popolazzjoni Belġjana ta’ fejn jirrisjedu u japplikaw sabiex jivvutaw permezz tal-vot konsolari bil-posta fejn huma reġistrati.

  • Ċittadini tal-UE mobbli. Ċittadini tal-UE mobbli bir-residenza prinċipali tagħhom fil-Belġju għandhom jirreġistraw sabiex jivvotaw. Ċittadini tal-UE għandhom ikun reġistrati fuq ir-reġistru elettorali tal-muniċipju fejn għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom. Sabiex jagħmlu dan għandhom jimlew il-formola C/1 onlajn (https://www.inscription.elections.fgov.be) jew għandhom jiksbu l-formola mill-awtoritajiet muniċipali ta’ fejn għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom. Bħala parti mir-reġistrazzjoni tagħhom, ċittadini tal-UE mobbli għandhom jikkonfermaw id-deċiżjoni tagħhom li jastjenu milli jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u li huma ma għandhom id-dritt li jivvutaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

  • Esklużjonijiet

    Belġjani u ċittadini tal-UE mobbli jistgħu jitilfu d-dritt tal-vot tagħhom fil-Belġju jekk kienu esklużi milli jivvutaw permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja kawża ta’ att kriminali. Barra minn hekk ċittadini tal-UE ma għandhux ikollhom id-dritt tal-vot tagħhom revokat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom permezz ta’ sentenza ta’ qorti jew deċiżjoni amministrattiva.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.