Sit web uffiċjali (Link)
Fejn għandek tivvota u kif?
Metodu ewlieni
Il-votanti fil-Bulgarija għandhom jivvutaw huma stess fil-post ta’ votazzjoni tal-muniċipju fejn huma reġistrati b’indirizz permanenti, kif jidher fil-karta tal-identità tagħhom.
Il-votazzjoni hija obbligatorja fil-Bulgarija. Madanakollu, peress li fl-2017 il-Qorti Kostituzzjonali Bulgara ddeċidiet kontra l-artikolu li jimponi pieni fin-nuqqas ta’ votazzjoni, dan l-obbligu ma hux infurzat b’mod prattiku.
Metodi alternattivi
Il-votanti li jixtiequ jitfgħu l-vot tagħhom f’post tal-votazzjoni li ma jkunx dak għall-muniċipalità li fiha l-indirizz permanenti tagħhom ikun irreġistrat jistgħu jissottomettu applikazzjoni ta’ formola standard għall-vot lill-awtorità muniċipali li fiha jixtiequ jitfgħu l-vot tagħhom mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-jum tal-elezzjoni.
Il-votanti b’diżabbiltà li ma jistgħux imorru fil-post tal-votazzjoni jistgħu jeżerċitaw il-vot tagħhom id-dar permezz ta’ kaxxa tal-votazzjoni mobbli mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-jum tal-elezzjoni. Eżenzjonijiet għall-votazzjoni personali huma possibbli wkoll għall-istudenti.
Mhux possibbli li wieħed jivvota permezz tal-posta, bi prokura u onlajn.
Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni
Rekwiżiti tal-jum ta’ votazzjoni.
Ċittadini. Ċittadini Bulgari jeħtieġu li jġibu biss karta tal-identità jew passaport għal skop ta’ identifikazzjoni fil-post ta’ votazzjoni.
Ċittadini tal-UE mobbli. Ċittadin tal-UE mobbli huwa permess li jivvota wara li jippreżenta in-numru personali tiegħu, in-numru tal-karta tal-identità jew passaport, u n-numru taċ-ċertifikat ta’ residenza u d-data ta’ reġistrazzjoni muri fuqu. Qabel wieħed jivvota, il-votant għandu jippreżenta dikjarazzjoni standard li huma ma vvutawx fl-istess elezzjonijiet għal membri tal-PE fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.
Min jista’ jivvota?
Ġenerali
Individwu għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin sabiex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Bulgarija:
ikun ċittadin Bulgaru jew ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
ikollu mill-anqas 18 –il sena;
ma jkunx eskluż milli jivvota.
Ċittadini mobbli tal-UE
Ċittadini tal-UE għandu jkollhom stat ta’ residenza kontinwa jew permanenti fil-Bulgarija u jkunu għexu fil-Bulgarija jew f’pajjiż ieħor tal-UE għal mil-anqas 3 xhur immedjatament qabel il-ġurnata tal-elezzjoni.
Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni
Ċittadini. M’hemm l-ebda rekwiżit li wieħed jirreġistra minn qabel biex jivvota, peress li r-reġistrazzjoni ssir awtomatikament abbażi ta’ indirizz permanenti. Jekk biddilt l-indirizz tad-dar tiegħek dan l-aħħar, huwa rakkomandabbli li tiċċekkja mal-awtorità nazzjonali tal-elezzjoni jekk ir-reġistrazzjoni tiegħek fuq il-listi tal-votazzjoni hijiex korretta.
Bulgari li jkunu barra mill-pajjiż fil-jum tal-votazzjoni jistgħu jivvutaw f’post tal-votazzjoni li jinsab barra mill-pajjiż, billi jippreżentaw dokument tal-identità u jippreżentaw dikjarazzjoni sħiħa fuq formola standard li tkun mogħtija lill-votanti fil-post tal-votazzjoni rilevanti. Lista sħiħa ta’ postijiet ta’ votazzjoni stabbiliti barra mill-pajjiż ser tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali qabel il-jum tal-elezzjoni.
Ċittadini tal-UE mobbli. Ċittadini tal-UE mobbli jeħtieġ li jirreġistraw billi jimlew dikjarazzjoni sabiex jiġu miżjuda fir-reġistru elettorali u jippreżentawha fl-amministrazzjoni lokali. Id-dikjaEftersom registrering sker automatiskt på grundval av en fast adress, finns inget krav på registrering i förväg för att få rösta. Har man nyligen bytt hemadress är det tillrådligt att kontrollera med den nationella valmyndigheten för att se om registreringen i röstlängden är riktig.
Väljare måste ta med sig ett identitets kort eller pass för att kunna identifiera sig i vallokalen.
Medborgare från en annan EU-medlemsstat kan rösta i val till Europaparlamentet i Bulgarien genom att styrka sin identitet inför den lokala valnämnden med i) ett ID-kort eller pass och ii) ett uppehållstillstånd. Rörliga EU-medborgare får rösta efter att ha angett sitt personnummer, numret på ID-kortet eller passet jämte numret på uppehållstillståndet och det registreringsdatum som anges på detta. Innan väljaren röstar måste hen lämna in en standardförklaring om att man inte redan har röstat i samma val för ledamöter av Europaparlamentet.razzjoni għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn 40 jum qabel il-jum tal-elezzjoni. Informazzjoni dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni ser ikun disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (https://www.cik.bg/en/).
Esklużjonijiet
Bulgari u ċittadini tal-UE mobbli li kienu miċħuda mid-dritt tal-vot fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Bulgarija.