Agħżel il-lingwa

Mur lura

Il-Latvja

Sit web uffiċjali (Link)

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti jridu jivvutaw fiżikament fil-post tal- votazzjoni fil-jum tal-elezzjoni, jew inkella fil-jiem ta’ qabel l-elezzjoni meta l-post tal-votazzjoni jkun miftuħ.

Il-votanti jiġu infurmati dwar il-post tal- votazzjoni assenjat lilhom mill-inqas 70 jum qabel il-jum tal-elezzjoni permezz ta’ avviż bil-miktub mibgħut fl-indirizz residenzjali tagħhom fil-Latvja.

Metodi alternattivi.

Huma disponibbli żewġ metodi alternattivi ta’ votazzjoni għall-votanti f’ċirkostanzi speċifiċi.

Il-votazzjoni mid-dar hija possibbli biss fuq talba għal votanti b’diżabilità, persuni li jieħdu ħsieb persuni morda, votanti f’istituzzjonijiet ta’ trattament mediku, votanti f’detenzjoni jew soġġetti għal miżura ta’ ċaħda tal- libertà. Il-votazzjoni mid-dar issir fil- jum ta’ qabel l-elezzjoni.

Il-votazzjoni bil-posta hija possibbli fuq talba biss għall-votanti Latvjani li jgħixu jew joqogħdu barra mill-pajjiż. Mhuwiex possibbli li tivvota online. Mhuwiex possibbli li tivvota bi prokura.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il- votanti għandhom jippreżentaw dokument ta’ identifikazzjoni validu bħal passaport, karta tal-identità, jew karta ta’ residenza.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali.

L-individwi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Latvja:

  • ikollhom ċittadinanza Latvjana jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE li jirrisjedu fil-Latvja;
  • ikollhom mill-inqas 18-il sena.

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu residenti fil-Latvja sabiex jivvutaw hemm.

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

  • Ċittadini nazzjonali. Iċ-ċittadini Latvjani huma rreġistrati awtomatikament fir-reġistru elettorali mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali abbażi tar-reġistru tal-popolazzjoni tar- Repubblika tal-Latvja.
  • Iċ-ċittadini Latvjani li jgħixu jew joqogħdu barra mill-pajjiż jistgħu japplikaw biex jivvutaw bil-posta jew fil-postijiet tal- votazzjoni li joperaw barra mill-pajjiż mill-konsulati Latvjani. L-applikazzjoni biex tivvota minn barra l-pajjiż tista’ ssir online.
  • Ċittadini mobbli tal-UE. Iċ-ċittadini mobbli tal-UE li jirrisjedu fil-Latvja li jixtiequ jivvutaw fil-Latvja jridu japplikaw għar-reġistrazzjoni mal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali mill-inqas 30 jum qabel il-jum tal-elezzjoni. Il- formola bil-miktub tista’ tiġi sottomessa bil-posta jew fiżikament, jew inkella online jew permezz tal-email jekk tkun ġiet iffirmata b’firma elettronika sigura. Fuq il-formola, iċ-ċittadini tal-UE jridu jikkonfermaw li mhumiex se jivvutaw fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.

  • Esklużjonijiet

    Iċ-ċittadini mobbli tal-UE li ġew imċaħħda mid- drittijiet tal-vot tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fil-Latvja.

    Il-Latvja ma timponix restrizzjonijiet fuq il-votazzjoni minn persuna li nstabet ħatja ta’ reat kriminali. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq id-dritt tal-vot għall-persuni b’diżabilità.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.