Agħżel il-lingwa

Mur lura

Ir-Rumanija

Sit web uffiċjali (Link)

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti jistgħu jivvutaw fiżikament fi kwalunkwe post fir-Rumanija u mhux biss fil-postijiet tal-votazzjoni assenjati lilhom. Ir- reġistru elettorali u l-indirizz tal- postijiet tal-votazzjoni huma disponibbli online

(https://www.roaep.ro/prezentare/#

Metodi alternattivi

Jekk il-votant ma jkunx jista’ jiġi ttrasportat lejn il-post tal-votazzjoni minħabba raġunijiet ta’ invalidità jew mard, il-president tal-uffiċċju elettorali tal-post tal-votazzjoni jista’ japprova tim ta’ mill-inqas żewġ membri tal- uffiċċju elettorali biex imur fid- domiċilju tal-votant b’kaxxa tal-voti speċjali u l-materjali tal-vot sabiex ikun jista’ jivvota. Din it-talba għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju elettorali mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel l- elezzjonijiet u għandha tkun akkumpanjata minn kopji ta’ dokumenti mediċi jew dokumenti uffiċjali oħra li juru li l-persuni kkonċernati ma jistgħux jiġu ttrasportati.

Il-votanti tal-UE li, fil-jum tal- votazzjoni, jixtiequ jivvutaw f’post tal- votazzjoni differenti minn dak li jidhru fih fir-reġistru elettorali speċjali, jistgħu jivvutaw biss jekk l-uffiċċju elettorali tal-kontea jew tas-settur jikkonferma li ddaħħlu fir-reġistri elettorali speċjali għal dak il-post. Talbiet bħal dawn jistgħu jsiru bit-telefon lill-president tal- uffiċċju elettorali tal-post tal-votazzjoni.

Għar-Rumeni barra mill-pajjiż, il- votazzjoni bi prokura hija permessa, iżda teħtieġ reġistrazzjoni minn qabel.

Il-votazzjoni online jew bil-posta mhijiex possibbli fir-Rumanija.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il- votazzjoni għandha ssir b’karta tal- identità valida jew passaport validu fil- post tal-votazzjoni assenjat.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali

L-individwi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fir-Rumanija:

  • ikollhom mill-inqas 18-il sena fil-jum tal-elezzjoni; u
  • ikunu rreġistrati fir-reġistru elettorali (dan japplika kemm għar-Rumeni kif ukoll għaċ-ċittadini mobbli tal-UE)

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu residenti fir-Rumanija sabiex jivvutaw hemm.

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

  • Ċittadini nazzjonali. Ir-reġistrazzjoni tal-votanti hija obbligatorja. Iċ-ċittadini Rumeni huma rreġistrati awtomatikament fir-reġistru elettorali.
  • Iċ-ċittadini Rumeni li jgħixu jew joqogħdu barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw permezz ta’ vot bi prokura. Madankollu, iridu jirreġistraw mal-konsulat Rumen tal-pajjiż fejn jirrisjedu billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni meħtieġa (https://www.roaep.ro/prezentare/#upload/public/FormulareC ereri/Cerere_inscriere_vot_in_strainatate.pdf). Jistgħu jiġu stabbiliti postijiet tal-votazzjoni speċjali f’konsulati Rumeni fejn mill-inqas 100 persuna jitolbu li jivvutaw fihom. Din l- għażla hija disponibbli wkoll għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Rumanija li se jkunu qegħdin barra minn pajjiżhom fil-jum tal-elezzjoni.
  • Ċittadini mobbli tal-UE. Iċ-ċittadini tal-UE li jirrisjedu fir- Rumanija jridu japplikaw għar-reġistrazzjoni fir-reġistri elettorali speċjali sabiex ikunu jistgħu jivvutaw. Dawn l- applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-sindku tal-post tad-domiċilju jew tar-residenza, flimkien ma’ kopja ta’ dokument tal-identità validu. L-applikazzjoni trid issir mill-inqas 60 jum qabel il-jum tal-elezzjoni bl-użu tal- formola ta’ applikazzjoni meħtieġa (https://www.roaep.ro/prezentare/#upload/public/For
  • mulareCereri/Cerere_inscriere_RE_resedinta_Romani a.pdf).

    Esklużjonijiet

    Iċ-ċittadini Rumeni li ġew imċaħħda mid-drittijiet tal-vot tagħhom u ċittadini mobbli tal-UE li ġew imċaħħda mid- drittijiet tal-vot tagħhom fir-Rumanija jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fir- Rumanija.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.