Agħżel il-lingwa

Mur lura

L-Ungerija

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti li jgħixu fl- Ungerija jridu jivvutaw personalment fil-post tal-votazzjoni allokat skont l- indirizz tal-votant u kif indikat fl-ittra ta’ notifika.

Metodi alternattivi.

Votanti rreġistrati b’indirizz uffiċjali fl-Ungerija jistgħu wkoll iressqu talba online (https://www.valasztas.hu) biex ikunu jistgħu jivvutaw f’post tal-votazzjoni ieħor.

Il-votanti rreġistrati li m’għandhomx indirizz uffiċjali fl-Ungerija jistgħu jivvutaw bil-posta u jirritornaw il-karta tal-vot b’tali mod li tasal għand l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Elezzjonijiet mill-anqas 48 siegħa qabel jum l- elezzjoni.

Il-votazzjoni bi prokura jew online mhijiex possibbli fl-Ungerija.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il- votanti fl-Ungerija jeħtieġ li jippreżentaw il-karta tal-identità valida, il-passaport jew liċenzja tas-sewqan tagħhom, kif ukoll il-karta tar-residenti Ungeriża tagħhom (magħrufa wkoll bħala “lakcímet igazoló hatósági igazolvány”, jew sempliċiment “lakcímkártya”). Japplikaw l-istess rekwiżiti kemm għal ċittadini nazzjonali kif ukoll għal dawk mobbli tal-UE.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali.

Individwu jrid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin biex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fl-Ungerija:

  • ikollu ċittadinanza Ungeriża jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE ieħor;
  • ikollu mill-anqas 18-il sena jew 16-il sena u jkun miżżewweġ; u
  • ma jkunx eskluż milli jivvota.

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu residenti legalment fl-Ungerija biex ikunu jistgħu jivvutaw hemm.

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

  • Nazzjonali. L-Ungeriżi b’indirizz uffiċjali fl-Ungerija ma jeħtiġux jirreġistraw fir-reġistru elettorali peress li dan ser isir b’mod awtomatiku. Votant irreġistrat huwa inkluż fir- reġistru għal 10 snin, li meta jiskadu tista’ tintalab estensjoni tar-reġistrazzjoni. L-Ungeriżi li m’għandhomx indirizz uffiċjali fl-Ungerija jridu jirreġistraw fuq ir-reġistru elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvutaw.

  • Ċittadini Ungeriżi li jgħixu barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw:

  • jekk ikollhom id-domiċilju tagħhom fi Stat Membru tal-UE ieħor u jżommu indirizz fl-Ungerija, jistgħu jivvutaw f’post tal-votazzjoni mwaqqaf mill-ambaxxata Ungeriża jew mill- konsulat tal-pajjiż fejn jgħixu (inkella jekk ma jkollhom l- ebda indirizz fl-Ungerija ma jistgħux jipparteċipaw fil-listi Ungeriżi).
  • jekk ikollhom id-domiċilju tagħhom f’pajjiż mhux tal-UE u jżommu indirizz fl-Ungerija, jistgħu jivvutaw ukoll f’post tal- votazzjoni mwaqqaf mill-ambaxxata Ungeriża jew mill- konsulat tal-pajjiż fejn jgħixu.
  • jekk ikollhom id-domiċilju tagħhom f’pajjiż mhux tal-UE u ma jkollhom l-ebda indirizz fl-Ungerija, jistgħu jivvutaw bil- posta.
  • Biex jagħmlu dan, iridu jirreġistraw fir-reġistru elettorali miżmum mill-ambaxxata jew mill-konsulat Ungeriż barra mill-pajjiż.
  • Ċittadini mobbli tal-UE. Ċittadini mobbli tal-UE li jgħixu fl- Ungerija u li jixtiequ jivvutaw fl-elezzjonijiet Ungeriżi jeħtieġu jirreġistraw fir-reġistru elettorali. Jistgħu jagħmlu dan permezz tal-email jew fl-Uffiċċju tal-elezzjonijiet lokali, kif ukoll online (https://www.https://magyarorszag.hu/szuf_szolg_lista?kate
  • goria=VL.hu)

    Esklużjonijiet

    Iċ-ċittadini nazzjonali u mobbli tal-UE li ġew skwalifikati milli jivvutaw permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja ma jistgħux jivvutaw fl-Ungerija.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.