Websajt uffiċjali (Link)
Fejn u kif tivvota?
Metodu primarju
Il-votanti fl-Awstrija normalment ikollhom jivvutaw f’ post ta’ votazzjoni fil-post prinċipali tar-residenza tagħhom.
Metodi alternattivi
Jekk il-votant ma j/tistax j/tmur j/tivvota fil-post tal-votazzjoni fil-jum tal-votazzjoni, il-vot postali huwa possibbli. Sabiex wieħed ikun jista’ jkollu vot postali, huwa meħtieġ li wieħed jirreġistra minn qabel. Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli onlajn minn tmien ġimgħat qabel ma ssir l-elezzjoni. Il-vot jintbagħat permezz tal-posta u għandu jimtela u jintbagħat lura wkoll permezz tal-posta.
Għażla oħra hija li tikseb ‘karta tal-vot’li tippermetti lill-votant jivvota fi kwalunkwe post tal-votazzjoni fl-Awstrija.
Mhuwiex possibbli li wieħed jivvota onlajn jew bi prokura.
Rekwiżiti għall-jum tal-votazzjoni
Il-votanti jeħtieġu jġibu l-karta tal-identità tagħhom fil-post tal-votazzjoni sabiex jidentifikaw rwieħhom. L-istess rekwiżiti japplikaw kemm għal ċittadini u ċittadini tal-UE mobbli.
Min jista’ jivvota?
Ġenerali
Individwu għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti li ġejjin sabiex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fl-Awtsrija:
Ċittadini tal-UE mobbli
Ċittadini tal-UE għandu jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom fl-Awstrija.
Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni
Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni.
Esklużjonijiet
Awstrijaċi u ċittadini tal-UE mobbli jistgħu jitilfu d-dritt tal-vot fl-Awstrija jekk il-persuna kienet ġiet eskluża milli tivvota permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja riżultat ta’ ċerti tipi ta’ atti kriminali (eż. Tradiment, frodi elettorali, terroriżmu, eċċ.) jew kull att kriminali premeditat li jwassal għal sentenza ta’ 5 snin jew aktar ta’ priġunerija.