Sit web uffiċjali (Link)
Fejn għandek tivvota u kif?
Metodu ewlieni
Il-votanti fin- Netherlands jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom personalment fil-post tal- votazzjoni tal-għażla tagħhom ikun fejn ikun fin-Netherlands.
Metodi alternattivi
Il-votanti fin- Netherlands jistgħu jivvutaw ukoll bi prokura billi jagħtu l-prokura tagħhom lil votant ieħor u b’hekk jawtorizzawh(a) biex jivvota/tivvota f’isimhom. Biex jawtorizza persuna oħra tivvota bi prokura f’ismu, il-votant irid jew jimla’ n-naħa ta’ wara tal-karta tal-votazzjoni tiegħu (“stempas”) jew iressaq formola ta’ awtorizzazzjoni separata (il-mudell L8). Il-formola ta’ awtorizzazzjoni trid titressaq quddiem il-muniċipalità tal-votant mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel l- elezzjoni. Il-votazzjoni online mhijiex possibbli fin-Netherlands.
Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni
Il- votanti fin-Netherlands jeħtieġ li jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u karta tal-votazzjoni (“stempas”). Japplikaw l-istess rekwiżiti kemm għal ċittadini tan-Netherlands kif ukoll għal ċittadini mobbli tal-UE.
Min jista’ jivvota?
Ġenerali.
Individwu jrid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin biex jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE fin-Netherlands:
Ċittadini mobbli tal-UE
Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkollhom ir- residenza tagħhom fin-Netherlands biex ikunu jistgħu jivvutaw hemmhekk.
Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni
Esklużjonijiet
Iċ-ċittadini Olandiżi u ċ-ċittadini mobbli tal-UE li huma esklużi milli jivvutaw permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mhumiex permessi li jivvutaw fin-Netherlands.