Agħżel il-lingwa

Mur lura

Is-Slovakkja

Sit web uffiċjali (Link)

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti fis- Slovakkja jridu jivvutaw fiżikament f’post tal-votazzjoni speċifiku abbażi tal-indirizz tad-dar tagħhom. Il- muniċipalità tar-residenza permanenti tal-votanti fis-Slovakkja tinnotifikahom bid-data u l-ħin tal-elezzjonijiet, in- numru tad-distrett tal-votazzjoni tagħhom u l-indirizz tal-post tal- votazzjoni, flimkien mal-informazzjoni dwar il-proċedura tal-votazzjoni nnifisha.

Metodi alternattivi

Jekk il-votanti ma jkunux jistgħu jivvutaw fid-distrett tal- votazzjoni li fih ikunu rreġistrati, jistgħu jitolbu lill-uffiċċju muniċipali għal karta tal-vot li tippermettilhom jivvutaw fi kwalunkwe distrett tal-votazzjoni fis- Slovakkja.

Mhuwiex possibbli li tivvota online, bil- posta jew bi prokura.

Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

Il- votanti huma obbligati jagħtu prova tal- identità tagħhom mal-wasla tagħhom fil-post tal-votazzjoni billi jissottomettu karta tal-identità jew karta ta’ residenza valida ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea. Jekk tkun inħarġet karta tal-vot lill- votant, dan jippreżentaha flimkien ma’ karta tal-identità jew karta ta’ residenza.

Min jista’ jivvota?

Ġenerali

L-individwi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fis-Slovakkja:

  • ikollhom ċittadinanza Slovakka jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • ikollhom mill-inqas 18-il sena fil-jum tal-elezzjonijiet; u
  • ma jkunux esklużi mill-votazzjoni għall-ebda raġuni.

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu ilhom residenti fis-Slovakkja għal mill-inqas tliet xhur sabiex jivvutaw hemm.

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

  • Ċittadini nazzjonali. Il-votanti jiġu rreġistrati awtomatikament mill-awtoritajiet.
  • Is-Slovakkja ma tagħtix liċ-ċittadini tagħha li jgħixu barra mill-pajjiż il-possibilità li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE minn barra l-pajjiż. Madankollu, iċ-ċittadini Slovakki li ma jirresjedux fit-territorju tar-Repubblika Slovakka jew fi Stat Membru ieħor tal-UE jistgħu jirritornaw lejn is-Slovakkja biex jieħdu sehem fil-votazzjoni. F’dan il-każ huma se jkollhom bżonn jissottomettu dokument tal-ivvjaġġar u dikjarazzjoni ta’ residenza permanenti barra mill-pajjiż.

  • Ċittadini mobbli tal-UE. Il-votanti minn Stat Membru ieħor tal-UE jridu japplikaw għar-reġistrazzjoni fir-reġistru elettorali mill-inqas 40 jum qabel il-jum tal-elezzjoni. L- applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tiġi ppreżentata fiżikament fid-Dipartiment tal-Pulizija Barranija kompetenti abbażi tal-indirizz residenzjali tagħhom.

  • Esklużjonijiet

    Iċ-ċittadini Slovakki li ġew imċaħħda mid-drittijiet tal-vot tagħhom u ċ-ċittadini mobbli tal-UE li ġew imċaħħda mid- drittijiet tal-vot tagħhom fis-Slovakkja jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom ma jistgħux jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fis- Slovakkja.

    Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.