Agħżel il-lingwa

Mur lura

Is-Slovenja

Sit web uffiċjali (Link)

Fejn għandek tivvota u kif?

Metodu ewlieni

Il-votanti Sloveni jistgħu jivvutaw fil-post tal-votazzjoni fiż-żona tar-residenza tagħhom fejn huma rreġistrati fir-reġistru elettorali.

Iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fis-Slovenja jistgħu jivvutaw fil-post tal-votazzjoni assenjat liż-żona li fiha hija rreġistrata r-residenza tagħhom fis-Slovenja

Metodi alternattivi

. Id-dritt tal-vot jista’ jiġi eżerċitat ukoll bil-modi li ġejjin:

  • Il-votanti li ma jkunux jistgħu jmorru fil-post tal-votazzjoni li huma mdaħlin fih fir-reġistru elettorali minħabba mard jistgħu jivvutaw mid-dar jekk jinnotifikaw lill-kummissjoni elettorali muniċipali mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel il-jum tal-elezzjoni.
  • Il-votanti b’diżabilità jistgħu jivvutaw ukoll bil-posta fuq bażi permanenti jekk jinnotifikaw lill-kummissjoni elettorali distrettwali u jippreżentaw deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-istat ta’ diżabilità tagħhom mill-awtorità kompetenti. Din in-notifika hija valida sakemm tiġi rtirata mill-persuna b’diżabilità.
  • Il-votanti f’kustodja, istituzzjoni penali, sptar jew istituzzjoni tal-kura soċjali jistgħu jivvutaw bil-posta dment li jinnotifikaw lill-kummissjoni elettorali distrettwali mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel il-jum tal-votazzjoni.
  • Iċ-ċittadini Sloveni li jgħixu barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw ukoll bil-posta minn barra l-pajjiż jew f’uffiċċju diplomatiku jew konsulari Sloven jew f’post tal-votazzjoni speċjali fis-Slovenja.

  • Mhuwiex possibbli li tivvota online jew bi prokura.

    Rekwiżiti tal-jum tal-votazzjoni

    Il-votanti jridu jistabbilixxu l-identità tagħhom billi jipproduċu dokument tal-identità jew b’mezzi oħra mal-wasla fil-post tal-votazzjoni.

    Min jista’ jivvota?

    Ġenerali

    L-individwi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE fis-Slovenja:

  • ikunu ċittadini Sloveni jew ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • ikollhom mill-inqas 18-il sena fil-jum tal-elezzjonijiet;
  • ma jkunux ġew imċaħħda mid-dritt tal-vot.

  • Ċittadini mobbli tal-UE

    Iċ-ċittadini tal-UE jridu jkunu residenti fis-Slovenja sabiex jivvutaw hemm. Irid ikollhom permess ta’ residenza permanenti u jkollhom post ta’ residenza permanenti rreġistrat fis-Slovenja jew ikollhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza u jkollhom post ta’ residenza temporanju rreġistrat fis-Slovenja.

    Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

    elettorali speċjali ta’ ċittadini Sloveni u mobbli tal-UE li għandhom id-dritt tal-vot. Iċ-ċittadini Sloveni li jirrisjedu b’mod permanenti barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw f’post tal-votazzjoni barra mill-pajjiż. Alternattivament, iċ-ċittadini Sloveni li jgħixu barra mill-pajjiż jistgħu jivvutaw f’post tal-votazzjoni speċjali fis-Slovenja stabbilit għal dan l-għan mill-kummissjoni elettorali lokali. Għażla oħra disponibbli għalihom hija li jivvutaw bil-posta minn barra l-pajjiż. Barra minn hekk, iċ-ċittadini Sloveni li jirrisjedu b’mod permanenti fis-Slovenja jistgħu jingħataw id-dritt li jivvutaw barra mill-pajjiż dment li jkunu infurmaw lill-kummissjoni elettorali nazzjonali minn qabel dwar ix-xewqa tagħhom li jivvutaw f’uffiċċju rappreżentattiv diplomatiku jew f’konsulat barra mill-pajjiż.

  • Ċittadini mobbli tal-UE. Iċ-ċittadini tal-UE jridu jirreġistraw biex jivvutaw billi jippreżentaw talba fiżikament jew bil-posta lill-Ministeru għall-Intern. Meta jippreżentaw talba, jridu jippreżentaw prova tal-identità, bħal passaport, ċertifikat taċ-ċittadinanza, ċertifikat tat-twelid, jew dokument ta’ identifikazzjoni ieħor li jagħti prova taċ-ċittadinanza. Jeħtieġ ukoll li jinkludu dikjarazzjoni li d-dritt tal-vot tagħhom ma ġiex revokat. Il-formola ta’ reġistrazzjoni tista’ tinstab online (https://www.dvk-rs.si/fileadmin/user_upload/dokumenti/volitve/kandidiranje_dz_2018/kandidiranje_vep_2019/Volitve—zlozenka-angleska-za-splet—2019.pdf)

  • Sign up now to receive voting reminders.

    This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.